“Book Descriptions: Jekk Nbid ta' Kuljum kien aħrax, raff u pastaż, Xemx, Wisq Sabiħa huwa l-abiss. Rumanz pop ieħor fejn ma jiġri xejn, assolutament, fil-ħajja ta' erba' ġuvintur li bħalhom naraw bil-mijiet, kull nhar ta' Sibt iħufu mat-toroq ta' Paceville. Xemx, Wisq Sabiħa huwa dak kollu li dejjem għarafna iżda qatt ma xtaqna nitkellmu dwaru: id-dwejjaq, il-kruha, il-ħażen, il-vulgarità ta' ġenerazzjoni li ma fadlilha xejn xi tgħid.
Stagno jobżoq kollox fi traġikummiedja trash ambjentata fil-ħmieġ ta' Paceville, fil-familji working class ta' Marsaxlokk, fil-weekends f'Għawdex, żwieġ għax mhemmx iżjed x'tagħmel u tletin elf lira dejn għall-post.” DRIVE