“Book Descriptions: Kitba intima, intensa, qawwija u bla kantunieri. Poeżiji u lil hinn, akkumpanjati b’illustrazzjonijiet ta’ Danielle Sant
“Dan il-ktieb ma ktibtux b’vendikazzjoni ma’ ħadd, u għalkemm ir-rabja kienet kbira u għadha f’ċerti mumenti, l-iskop ewlieni tiegħu huwa biex tibda konverżazzjoni serja dwar suġġetti tabù u li din twassal għal bidla soċjali radikali f’Malta u f’Għawdex.
Kollox huwa konness.”
Togħġbok il-ġilda tiegħi? Ratba biżżejjed? Ħaħaħaħa … qed nitgħarrax, attent minn fejn taqbadni! Tħallinix waħdi hawnhekk għax ksaħt. Ħudni miegħek. Iftaħni u saħħanni bin-nifs tiegħek … tiġġudikanix. Ipprova ifhimni. Jien bħalek … anke jekk ma tafx. Jekk toħodni miegħek, tħallinix fid-dlam lanqas. Itfagħni fid-dawl tax-xemx. Aħjar nibjad u ngħix, milli nibjad u mmut. Nixtieq insir nafek aħjar. Trid noħorġu minn hawn flimkien? Għax fil-verità dak li ktibt huwa fuqek ukoll. Fuqna kollha.