“Book Descriptions: "Għandu l-bajd," kien iħobb jgħid missier Gustav hu u jsegwi l-battalji ta' Charlo Pulis fil-Parlament Ewropew via l-aħbarijiet tas-sebgħa u nofs fuq is-Super One. "Għandu l-bajd, dat-tifel. Wieħed hekk irridu aħna, fl-Ewropa. Mela xi żobb ġo bott …"
Milied 2011: il-ġurnalist Gustav Azzopardi jitla' Brussell biex jintervista lill-MEP Laburist Charlo Pulis. Fil-kapitali Belġjana, Gustav jiltaqa' mar-realtajiet differenti tad-dijaspora Maltija trapjantata fil-Kontinent wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Is-segretarja sexy tal-MEP, Larissa Demajo, li skont ma jgħidu ma tistax tara qalziet. L-eks namrata tiegħu Alexia, impjegata mal-istituzzjonijiet Ewropej u konvalexxenti mill-enneżmu intriċċ amoruż. Fuq kollox, Gustav isib ruħu wiċċ imb wiċċ mal-iskiżofreniji ta' ġens li għadu ma ddeċidiex xi jrid ikun tassew … lanqas issa li għaddew kważi għaxar snin mir-referendum għas-sħubija ta' pajjiżna mal-Unjoni: Ewropew, jew Malti l-ewwel u qabel kollox?” DRIVE