“Book Descriptions: “Santa Marija!” kulma esklamat in-nanna, b’idejha t-tnejn ma’ ħaddejha, meta n-neputija b’bikja niexfa qaltilha x’kien ġralha.
U dak li kien ġralha jsawwar dan ir-rumanz, mibni u minsuġ minn tliet livelli: dak tan-narrattiva tradizzjonali, tal-ħrafa, u tal-ħsieb. Il-protagonisti huma tnejn. Tfajla liebsa l-aħmar, il-ġmiel tagħha, u raġel li donnu ġie minn imkien. U miegħu ġab misteri, ħsibijiet, ritwali, u provokazzjonijiet. U ra fit-tfajla – f’għajnejha, fl-istagħġib tagħha, f’ġisimha – xi ħaġa li tmur lil hemm mill-ġmiel.” DRIVE