“Book Descriptions: Antoloġija ta’ ħames drammi qosra miktuba għat-teatru tat-triq fejn il-karattri jmexxu l-istejjer, li għalkemm xi wħud minnhom jistgħu jitqiesu bħala straordinarji, dak li għaddej taħt il-qoxra hu ordinarju għall-aħħar.
“U għax ma kienx għad hemm tama, taħt sema mimli kuluri li stajt tara int biss, ħallejt ħajtek b’mod li min iħobb biss jista’ jifhem. Kif smajt il-ħoss tal-grillu ġrejt lejk. Ridt narak, ridt inkellmek, imma kien tard wisq. Xtaqt ngħidlek biex tmur fis-sliem għax din id-dinja qatt ma kienet se tkun lesta għal min jaf jara s-sabiħ bħalek.”
Proġett iffinanzjat mill-Fond tal-Ktieb 2021 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb” DRIVE