“Book Descriptions: Ilbes żarbun komdu u ejja miegħi għal mixja-vjaġġ fl-istorja tal-ilsien Malti.
Jekk taħseb li ktieb dwar l-istorja tal-Malti se jkun tedjanti u mimli studjużi serji, strambi u nnerdjati, għandek żball. Dan mhux ktieb tal-iskola. Dan iħares lejn l-istorja tal-lingwa tagħna minn nuċċali differenti (u divertenti), u fiha jara nies bħali u bħalek, li jgħixu, iħobbu, iqumu, jorqdu u jitkellmu bil-Malti.
Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ nies ħżiena u nies tajbin, ġakbini u midinbin, kriminali u qaddisin, u anke celebs u fans, influencers u followers, fi stejjer imqanqlin ta’ mħabba, avventura u żvintura, tradiment, konfoffi u saħansitra qtil makabru u frame-up ta’ persuna innoċenti!
Trid tkun taf aktar?
Aqfel il-lazz.
TLAQNA!
* Proġett kofinanzjat mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb” DRIVE