“Book Descriptions: Is-Sur Wilf, Accountant u għażeb ta’ meżż’ etá, jitlef għaqlu wara l-masseuse Filippina Suxi Li. Dan l-aġir iġib miegħu l-għadab ta’ zitu Ġulina, ħakkima u tirann fuqu mindu ċkejken. Ġemma, is-Segretarja fidili tas-Sur Wilf, ukoll tħossha traduta b’din ir-relazzjoni. Biex jeħles mill-ħakma ta’ zitu, Wilf ifittex qattiel minn fuq l-Internet il-moħbi. Iżda ftit basar f’liema basla kien ser jidħol fiha ... Rikatt, theddid, u saħansitra, qtil. Il-Baruni tal-kriminalitá Elvis Aaron Pisani jrid dak li hu tiegħu, filwaqt li eks Surġent tal-Pulizija korrott qiegħed jipprova jsib tarf din il-kobba mħabbla. Aktar ma jipprova jeħles mill-għawġ li daħal fih, is-Sur Wilf aktar jogħdos ‘l isfel fin-nasba ... Sigriet mill-imgħoddi jista’ jkun il-ħolqa li torbot kollox ... u tkxef wiċċ min nasab lis-Sur Wilf.” DRIVE