“Book Descriptions: Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)
“Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn.”
Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules.
Manda u Julia, żewġ tfajliet ta’ tlettax-il sena li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen. Waħda quddiemu taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.
Kulħadd jaħsibha li qed tipprova tkun bħal Jules …
“Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.”” DRIVE