“Book Descriptions: Għajnejja bdew jidraw id-dalma. Fejn qiegħed? Kont mal-art, ċangatura naħseb, inxomm u ntiegħem it-trab.
Rat karta fuq sidri u ġabritha. Kitba mħanżra miktuba b’demm għadu frisk …
Erġajt ħassejt iż-żarżir ġo widnejja, did-darba b’aktar saħħa. Tagħrix u gdim irqiq mat-tanbur ta’ widnejja. Daż-żarżir bdejt inħossu anke fi griżmejja u ħassejtni qed nifga bil-mod il-mod.
Fid-dar trijangulari kienet tgħix mara trasparenti donnha magħmula mill-ispag.
X’jiġri meta borża tal-plastik ma tkunx kuntenta b’ħajjitha?
Stejjer fejn insibu villaġġ stramb, inkontru mad-divin (forsi), Repubblika mnejka, ċess, sess u tuffieħ. L-għajnejn moħbija li dejjem josservaw il-fraġilità tal-bniedem.
Keith Borg jippreżenta ġabra ta’ stejjer qosra li jiskomodaw il-ħsieb, li jaħsdu u jniffdu lir-ruħ. Stejjer surreali li jilagħbu bl-ispag tar-realtà u l-fantasija.” DRIVE