“Book Descriptions: "Mela darba waħda, kien hemm vilaġġ li kien miżgħud bin-nagħaġ. Kienu bil-bosta. Ta' lwien differenti, min iswed, min bajdani, min kemxejn safrani. Iżda lkoll flimkien kellhom ħaġa waħda komuni, moħħ ċkejken ta' piżella. Kienu jafdaw lir-rgħajja b'għajnejhom magħluqa, jimxu fejn jgħidulhom u jħalluhom jerdgħulhom il-ħalib sal-inqas qattra minn filgħodu sa filgħaxija. Flieli monotonija; ħamest ijiem infila b'ħinijiet fissi, kuljum bħal ta' qablu għajr l-isem tal-ġurnata."
Nisġa ta' stejjer li jlaqqgħuna mad-Daqqaq tal-Fifra, iqajmu lis-Sbejħa Rieqda u jreġġgħu lura l-aħwa Hansel u Gretel. Stejjer li kienu għat-tfal imma reġgħu saru tal-kbar. Stejjer notturni u oskuri fejn is-sarkażmu ma jonqosx.” DRIVE