“Book Descriptions: Din hi l-ġrajja tiegħi. L-istorja ta' ħajti. Nafdaha f'idejk bħal min jafda teżor prezzjuż. Kien hemm ħafna nies li tkellmu għalija. Hawnhekk nitkellem għalija nnifsi. Għalhekk isma' minn fommi stess dak li kont, dak li jien, dak li għext u dak li ridt għall-iżvilupp tal-ħsieb, il-maturità tal-persuni u l-libertà ta' pajjiżna. Nafda ruħi f'idejk biex int tagħmel qalb u ma tibża' minn ħadd u minn xejn, għajr minn Alla waħdu. Min jibqa' fidil lejh innifsu, Alla jkun miegħu... U ma jistax jitlef. Oqgħod fuq kliemi,