“Book Descriptions: Meta ħareġ fl-1986 Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-Parlament, u lfrażi ta' l-istess isem daħlet bħala idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni marru ħafna mijiet ta' nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Il-gazzetti tawh promienza kbira, waqt li x-xandrir żamm skiet perfett. X'kien li wassal għal din il-laqgħal unika għal rumanz? Oliver Friggieri jikteb b'mod ċar dwar l-għerud tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlienii, Karlu Manju, li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta' mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jirrakonta dwar il-'poter' tal-bniedem tat-triq.” DRIVE