“Book Descriptions: “B’It-Togħma Morra taċ-Ċiċri, bl-irwejjaħ, il-mużika, u l-uċuħ mgħottija mill-maskri, Noah Fabri joħodna lura lejn l-ewwel sena tal-pandemija u jħallina maqbudin hemm, fit-toroq vojta u l-ħwienet magħluqin tal- Ħamrun, bl-irwejjaħ tal-ħwawar tal-ikel ħerġin mit-twieqi, imħalltin mat-thewdin dwar il-prekarjetà tax-xogħol, il-flus, il-ħbiberiji, ir-relazzjonijiet, l-identitajiet, iċ-ċittadinanza; dwar kif u min nistgħu nkunu ladarba jerġa’ jiftaħ kollox.” — Loranne Vella
Eli u Leo jafu ’l xulxin mix-xena tal-mużika, jgħixu flimkien u jaħdmu flimkien. Matul ix-xitwa kwieta tal- pandemija, jinbtu l-ħbiberiji ta’ Eli ma’ Eiro, bniedem li jieħu ħafna ħsieb lil ta’ madwaru imma jixtieq lil xi ħadd biex jieħu ħsiebu, u Faye, pustiera u mużiċista-poeta li qed tieħu ħsieb lil ommha u ’n-neputija. Sadanittant, Leo tisma’ l-mużika, titħasseb fuq ħajjitha, u kuljum tħoss lil Eli ftit iktar ’il bogħod minnha. Imbagħad jasal is-sajf, u mat-toroq tal-Ħamrun u l-Marsa, u fil-bar ta’ Raħal Ġdid, jegħrqu u jwaħħlu l-emozzjonijiet kollha li ilhom ix-xhur lesti biex ifuru.” DRIVE