Il-Ġowker
(By Sharon Calleja) Read EbookSize | 27 MB (27,086 KB) |
---|---|
Format | |
Downloaded | 668 times |
Last checked | 14 Hour ago! |
Author | Sharon Calleja |
Dak il-jum meta Beatrice kienet sabet lil ommha taħt is-sur f’għadira demm fuq blata mal-wiċċ ta’ baħar irid jibla’ l-art, maġenb il-kontejner fejn huma t-tnejn kienu jgħixu flimkien.
Dakinhar, qabel l-aħħar nifs ta’ ħajjitha, iggranfata mal-gverta tal-isptar, ommha lissnet isem.
Lucian Vincent La Torre.
Min kien dan il-bniedem?
Meta marret tgħix miegħu, Beatrice ma baqgħetx teżisti. Spiċċat minn wiċċ id-dinja. Minflokha kien hemm Ace, tfajla sofistikata, sabiħa, pulita, iżżomm mal-moda u li bdiet titgħallem dak kollu li kien jagħmel hu.
U min kien l-imħabba ta’ Ace?
Riccardo, il-ġuvni t’għajnejh ħodor li missieru Coby De Luca kien l-akbar għadu ta’ Lucian? Jew Raziel, il-ġuvni sabiħ li kien l-id il-leminija ta’ missierha? U kif kienu salvawlha ħajjitha b’mod individwali dawn iż-żewġ ġuvintur?
U fl-aħħar nett min kien il-Ġowker? U l-ħalliel tad-djamanti?
Thriller mgħaġġel b’element ta’ mħabba li jkaxkrek minn Malta għal Sqallija u jieħdok f’postijiet oħra fejn inti ma mort qatt. Dinja ta’ intriċċi li ġġiegħel qalbek tħabbat b’mod qawwi sabiex tiskopri dejjem aktar sakemm tasal f’final mhux mistenni.”