“Book Descriptions: Versi, logħob bil-kliem u aktar …
Niftħu l-ktieb tal-fantasija, Inqallu s-sitt vokali, Litru konsonanti likwidi, U nħallu kollox jagħli.
Niskata ta’ tixbiha, Il-meraq ta’ tbissima, U ngħarrqu dit-taħlita Ġo stokk ta’ ritmu w rima.
Nerħulha l-borma ttektek Fis-skiet u l-kenn tal-kċina Biex toqgħod kwieta toħlom Il-ħolma t’ikla bnina.
Imbagħad meta d-dar kollha Bil-fwieħa tkun mimlija, Inqassmu fuq il-mejda Il-platti tat-tnedija.
Kulħadd madwarna jersaq biex jippranza U aħna nservu kollox stanza stanza.
“Ejja nsajru poeżija” jinkludi wkoll is-sezzjoni “Dawwarli poeżija” fejn il-poeżiji jieħdu l-ħajja (aċċess tramite kodiċi QR fuq aġġeġġ elettroniku b’konnessjoni għall-internet), liema animazzjonijiet huma parti minn proġett tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu” DRIVE