Passju
(By Sharon Calleja) Read EbookSize | 27 MB (27,086 KB) |
---|---|
Format | |
Downloaded | 668 times |
Last checked | 14 Hour ago! |
Author | Sharon Calleja |
Eva.
Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil-mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju?
L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha s-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward. Naraw sa fejn tasal l-għira tal-ħabib tagħha Bastjan.
Min kien il-Kurunell Philip Ryce? U x’pjan jitfassal ħalli l-imħabba ta’ bejn Eva u s-Surġent Maġġur titkisser?
Wara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il-Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha.
Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verita? Tgħid is-Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is-suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha?
Dan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżita sa’ xħin finalment tinkixef il-verita. Imma x’inhi l-verita?
Passju.......x’inhi l-vera mħabba?”