“Book Descriptions: ...Kulħadd kien isellimlu b’sudizzjoni hekk kif kien ipassi minn qalb in-nies, mhux biss għax kien professur tal-filosofija ta’ 57 sena ferm rinomat, imma wkoll għall-ġentlomerija li minn dejjem kellu lejn kulħadd; liebes dejjem eleganti għaddej dritt b’pass meqjus li madankollu kont issibu dejjem b’bastun tal-ebanu b’manku tal-bronż indurat bid-deheb. Kien jgħix f’belt kożmopolitana fl-aktar parti moderna tagħha, karatterizzata bi stil Neoklassiku tas-seklu 18 li kien jikkumplimenta ferm ma’ dak Postmodern. Il-parti antika tagħha – li kienet tinsab fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ xmara b’pontijiet eleganti fosthom dawk fuq stil Art Nouveau – kienet tmur lura sas-seklu 13, evoluta taħt diversi forom, minn dak Romanesk li kien jgħaqqad l-antikità mal-era medjevali b’din tal-aħħar sottolinjata bil-katidral Gotiku tal-belt, sar-Rinaxximent u l-Barokk: belt b’binjiet monumentali...” DRIVE