“Book Descriptions: Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)
Il-Ġimgħa filgħaxija. Sitt teenagers. Tfajla bil-mutur. Inċident. Żewġ pulizija. U wiżgħa.
Imma żgur kien inċident? Andrea għandha d-dubji tagħha. Tiddeċiedi li tinvestiga ftit, u tiskopri ħafna. Xi ħadd minn sħabha għandu x’jaħbi, u jaf iktar milli qed jgħid dwar l-inċident …
Sadanittant, l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin …