“Book Descriptions: Ir-ritorn ta’ Żahra fid-dinja tal-kitba għat-tfal
Ma nafx jekk din l-istorja hix dwar il-ħbieb tal-qalb ta’ Marco u Tina. Jew hix dwar iż-żewġ nani u l-iskarpan, jew dwar Rosa li fi żmien il-gwerra kienet toqgħod fid-dar ta’ Marco. Jew forsi lkoll flimkien qed jidħlu fl-istorja ta’ xulxin.
Min jaf, forsi fl-aħħar mill-aħħar, Greta, oħt Tina, kellha raġun …
Żraben ċkejknin, ħelwin, li twieldu biex ma jintlibsu minn ħadd; li għexu fid-dlam.
Meta z-zija Rebecca wriethom id-dawl ħawduha aktar milli waqt li kienu fid-dlam. U komplew iħawdu lil Marco u lil Tina 40 sena wara!” DRIVE